Tmut Anzjana Bil-Covid-19 Matul Illejl Li Għadda

 Tmut Anzjana Bil-Covid-19 Matul Illejl Li Għadda

Anzjana ta’ 92 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. Dan għadu kif tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa.

L-anzjana mietet matul illejl li għadda u kienet instabet pożittiva għall-virus fil-15 ta’ Settembru li għadda. Kellha wkoll kundizzjonijiet tas-saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru tas-saħħa wassal il-kondoljanzi lill-familjari u appella lill-poplu biex jibqa’ jsewgi d-direttivi maħruġa fosthom tal-ħasil tal-idejn spiss, id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri.

Ritratt: CUInsight.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com