Varjetà Ta’ Karozzi Fit-Tieni Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali ‘Hill Climb’

 Varjetà Ta’ Karozzi Fit-Tieni Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali ‘Hill Climb’

Nhar il-Ħadd 28 ta ’Settembru l-Island Car Club organizza t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb.

55 kompetitur ikkompetew f’diversi gruppi u klassijiet b’varjetà ta’ karozzi fosthom karozzi minn ta’ qabel il-gwerra, karozzi tat-triq u karozzi mibnija speċifikament għall-isport.

Il-klassi ta ’qabel il-gwerra ntrebħet minn Ian Lawson fuq Riley filwaqt li Aaron Refalo, Chris Tabone u Matthias Vella rebħu l-klassijiet ghal-karozzi tat-triq 3, 4 u 5 rispettivament. Michael Pace u Jonathan Grech rebħu l-klassijiet tal-karozzi klassiċi modifikat u oriġinali. Stephen Micallef rebaħ Grupp 1 klassi 4. Etienne Grech u Chris Aquilina rebħu Grupp 2 klassijiet 3 u 5.

Charles Cutajar, Roswell Bugeja u David Galea rebħu Grupp 3 Klassi 1, 2, u 3. Joseph Cutajar rebaħ Grupp 4 klassi 3. Mauro Portelli u Kenneth Camilleri rebħu Grupp 6 Klassi 1 u 2.

Ivan Paul Deidun rebaħ Grupp 5 Klassi 4 u kien it-3 l-iktar sewwieq veloċi. Darren Camilleri rebaħ Grupp 6 Klassi 4 u it-tieni l-iktar sewwieq veloċi tal-ġurnata.

Keith Camilleri rebaħ Grupp 5 Klassi 3 u spiċċa l-iktar sewwieqa veloċi tal-ġurnata. Dan huwa t-tieni rawnd li Keith Camilleri rebaħ f’dan il-Kampjonat u b’hekk jinsab fil-quċċata tal-kampjonat.

Ir-rawnd li jmiss li huwa it-3 Rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb huwa mistenni li jsir nhar il-Ħadd 11 ta ’Ottubru fil-Ġnejna limiti ta l-Imġarr. Għal darb’oħra dan ir-rawnd ser jsir mingħajr spettaturi minħabba l-miżuri ta’ Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com