164 Koppja Jistennew Bil-Ħerqa Fuq Il-Lista Tal-IVF
164 koppja qed jistennew bil-ħerqa fuq il-lista biex jibdew bil-proċess tal-IVF.
Żvela din l-informazzjoni l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed jirrispondi għal mistoqsija Parlamentari li saret mill-Membri Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Fearne qal kif skont L-Awtoritá għall-Protezzjoni tal-Embrijun mill-2015 sal-24 ta’ Ottubru 2020, saru 1,053 ċikli.
Minn dawn iċ-ċikli twieldu 203 trabi li minnhom 113 huma bniet u 90 huma subien.
Disa’ koppji huma mistennija li jkollhom wild dalwaqt.