2,770 Telefonata Minħabba L-ansjetà Li Ġabet Il-Covid-19

 2,770 Telefonata Minħabba L-ansjetà Li Ġabet Il-Covid-19

L-imxija tal-pandemija ġabet magħha ansjetà kbira fuq bosta tant li t-telefonati fuq il-help line tal-Fondazzjoni Richmond telgħu għal 2,700.

Dan ħareġ waqt żjara li Dr Lydia Abela, mart il-Prim Minsitru għamlet fl-uffiċini tal-Fondazzjoni u li matuhom saħqet fuq il-bżonn li flimkien nibqgħu nqajmu aktar għarfien dwar l-importanza tas-saħħa mentali, kif ukoll nirrikonoxxu l-ħidma kbira li qed issir minn għaqdiet u entitajiet matul is-sena kollha.

Dr Abela rrimarkat li t-talbiet għall-għajnuna kienu marbuta mal-ansjetà, is-solitudni, il-persuni li jħossuhom waħedhom, imwarrba u anki bi problemi fil-familji kienu fost l-iktar li talbu l-għajnuna

Qalet li l-helpline 1770 joffri għajnuna minn professjonisti li lesti biex jisimgħu u jiggwidaw. Dan għalihom ifisser wens u serħan il-moħħ. Fil-fatt, din is-sena dan is-servizz ġie estiż għal 24 siegħa kuljum.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, is-Sinjura Stephania Dimech Sant, qalet li din is-sena raw qabża kbira fit-telefonati li jidħlu fuq il-helpline għax qiegħed isir aktar għarfien dwar is-saħħa mentali. Dwar l-2,700 telefonata li saru din is-sena, qalet li t-telefonati li daħlu kienu effett ta’ kif żviluppat il-pandemija.

Dr Abela temmet l-indirizz tagħha b’appell biex fejn nafu li jkun hemm persuni li jkunu għaddejjin minn xi diffikultajiet f’ħajjithom, ma nwarrbuhomx iżda ninkluduhom kemm jista’ jkun fis-soċjetà.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com