5% Tat-Tfal Bejn 10 – 16-il Sena Għandhom Tip Ta’ ‘Eating Disorder’

 5% Tat-Tfal Bejn 10 – 16-il Sena Għandhom Tip Ta’ ‘Eating Disorder’

Madwar 1,675 tifel u tifla f’Malta, bejn l-etajiet ta’ 10 u 16-il sena, jsofru minn diżordni fil-mod kif jagħżlu x’jieklu u x’jieklu. Dan skond studju li tefa’ aktar dawl dwar kif tfal ta’ dik l-etá jikkumbattu kontra l-idea tas-soċjetá dwar kif persuna għandha tidher.

L-istudju, li kien ikkummissjonat minn Fondazzjoni Kenn għal Saħħtek lura f’Awwissu, u li intervista madwar 400 tifel u tifla, xeħed aktar dawl dwar diżordnijiet li għandhom tfal ta’ dik l-etá b’mod partikolari fil-mod kif jieklu u x’jagħżlu li jieklu u anke vizzji li għandhom meta jiġi għal ħin tal-ikel, ‘eating disorders.’

L-istess studju wera kif 5.5% huwa  affetwati b’3.25% huma bniet filwaqt li 2.25% huma subien.

Dan ifisser li dawn jammontaw għal 1,167 tfal fejn fosthom hemm 990 bniet u 685 subien.

Il-Fondazzjoni spjegat kif mhux l-ewwel darba li ltaqgħu ma’ tfal ta’ 10 snin li jkunu qed jikkumbattu xi tip ta’ dizordni, iżda xtaqu jirriċerkaw aktar sabiex ikunu jistgħu joffru tip ta’ servizzi li jkunu aktar adekwati għal tfal ta’ dik l-etá.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com