60 Każ Ta’ Ħruq Ta’ Karozzi Minn Jannar Sa Settembru
Minn Jannar ta’ din is-sena sa’ Settembru, il-Pulizija rċeviet 60 rapporti ta’ każijiet li jinvolvu ħruq ta’ karozzi.
Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li saret indirizzata lill-Ministru Byron Camilleri.
Camilleri kien mistoqsi minn Beppe Fenech Adami kemm kien hemm rapporti ta’ ħruq ta’ karozzi mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020.
Bosta minn dawn il-każijiet ġew irrapportati fuq il-midja, bl-aktar każ riċenti jkun dak tas-Sindku tal-Belt, Alfred Zammit, fejn il-vettura tiegħu saret ħuġġieġa waħda bis-suspett ikun li seta’ kien xi ħadd li qabbad il-vettura apposta.