Adrian Il-Guru Jemmen Li Din Hija L-Aqwa Sena…

 Adrian Il-Guru Jemmen Li Din Hija L-Aqwa Sena…

Fil-bidu tas-sena kienet qamet kontroversja għaliex Adrian il-Guru kien kiteb li din is-sena ser tkun l-aqwa waħda… u tfaċċat il-Covid-19. Mentri hu xorta jsostni li din hija verament l-aqwa sena għal bosta raġunijiet. “2020 hija Sena ta’ stabbilità u bilanċ għall-bnedmin kollha tad-dinja. Qed nitgħallmu u naraw kif suppost hija l-ħajja tal-bniedem, għaliex dawn l-aħħar 30 sena l-bniedem ħaseb li huwa aqwa minn Alla”, tenna Adrian.

Qalilna li n-natura qed tfakkarna kif suppost irridu nkunu. “Il-bniedem maħluq għall-ħajja sempliċi man-natura u b’ dedikazzjoni u rispett għalih u għal dak kollu ta’ madwaru, kif ukoll b’devozzjoni sabiħa biex iqim lil min ħalqu. Dik hija l-propja ħajja u l-iskop tal-bniedem f’din id-dinja”, kompla jgħid.

Temm il-kumment tiegħu magħna billi qalilna: “F’din il-ħajja l-affarijiet materjali u s-suċċessi m’humiex ta’ importanza aktar u qatt ma kienu fil-verità għax aħna m’aħniex maħluqin biex nuru min hu aħjar mill-ieħor.”

Tenna wkoll li bħal din il-marda seħħet kemm -il darba fl-istorja tal-bniedem u din seħħet biex nitgħallmu u nibdlu dak li forsi konna qed nagħmlu ħażin.

Isaqsi: “Qed nirrealizzaw x’inhu aktar importanti jekk hux il-flus, is-suċess jew il-valuri tal-ħajja?” Jekk għandnhiex ċans nibnu relazzjoni ma’ min ħalaqna u niftakru li m’aħnhiex waħedna kif ukoll biex nirriflettu dwar ħajjitna, il-ħolm u l-ideat biex inkunu bnedmin ta’ eżempju għalina u għal xulxin…
Fakkar ukoll li rridu nirrealizzaw iżjed li m’għandnhiex nabbandunaw lill-ġenituri tagħna, lil uliedna u lill-anzjani…

Għandu raġun tgħid? Intom x’taħsbu dwar dan il-kliem?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com