Aktar Minn 80% Jużaw Il-Vawċers Tal-Gvern Tal-€100
Waqt business breakfast bit-tema ‘L-użu ta’ vawċers biex jirriġeneraw l-ekonomija’, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Silvio Schembri ħabbar li sal-14 ta’ Ottubru madwar 1.8 miljun vawċers ġew użati, li jfisser li 81.2% tal-vawċers kollha tal-gvern ta’ €100 issa ntużaw.
Il-Ministru Schembri spjega li sa issa 1.48 miljun vawċers ħomor (81.4%), li jistgħu jissarrfu f’lukandi, f’ristoranti u f’akkomodazzjoni, filwaqt li 0.34 miljun vawċers blu (18.6%) ġew użati fi ħwienet u servizzi.
Meta tinkludi l-effett multipliku li kien ta’ €7.16 u €16.42 għall-vawċers ħomor u blu rispettivament, il-vawċers ħomor iġġeneraw infiq totali ta’ €40.2 miljun filwaqt li l-vawċers blu ġġeneraw infiq totali ta’ €12.4 miljun.
B’kollox, l-injezzjoni ekonomika permezz tal-użu biss tal-vawċers hija ta’ €36.4 miljun filwaqt li l-infiq totali lil hinn mill-vawċers huwa ta’ €16.2 miljun, li jammonta għal injezzjoni totali ta’ €52.6 miljun. Sal-aħħar ta’ Ottubru d-data ta’ skadenza għall-użu tal-vawċers, l-inizjattiva se tkun qed tinjetta €65 miljun fl-ekonomija.
Il-Ministru Schembri qal, “Permezz tal-iskema tal-vawċers tal-gvern ta’ €100, aħna assistejna għadd sinifikanti ta’ negozji. Aħna ksibna l-għan tar-riġenerazzjoni tal-pjan tal-ekonomija li kien li jindirizza kwistjonijiet speċifiċi fi ħdan is-suq, b’mod partikolari dawk li kellhom impatt qawwi fuq il-pandemija. Il-baġit li jmiss huwa mibni fuq aspett kemmxejn differenti li se jilħaq firxa usa’ ta’ setturi. L-iskema tal-vawċer sa issa pprovdiet lin-negozji b’assistenza kruċjali meħtieġa għas-sopravivenza tagħhom u għas-salvagwardja tal-impjiegi. Madanakollu, biex nipproteġu bis-sħiħ in-negozji tagħna fix-xhur ta’ sfida li ġejjin irridu nkomplu bid-diskussjonijiet meħtieġa sakemm jintlaħaq kompromess sodisfaċenti mhux sempliċiment biex niżguraw is-sopravivenza għan-negozji tagħna iżda biex noffru l-għajnuna xierqa għat-tkabbir u għall-benesseri futuri tagħhom. Sabiex dan ikun jista’ jinkiseb, irridu nwasslu injezzjoni sostanzjali ta’ investiment fil-komunità tan-negozju tagħna li se sservi bħala