Alex Borg Jilgħab Fiċ-Championship League Nhar It-Tnejn

 Alex Borg Jilgħab Fiċ-Championship League Nhar It-Tnejn

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg nhar it-Tnejn 5 t’Ottubru, ser ikun impenjat fiċ-Championship League tas-Snooker li huwa parti mill-World Snooker Tour. Dan il-Kampjonat qed jintlagħab fl-MK Stadium f’ Milton Keynes fl-Ingilterra.

Borg se jilghab fi Grupp 32 li jinkludi liċ-ċampjin tad-dinja Ronnie O’Sullivan tal-Ingilterra. L-avversarji l-oħra fil-grupp ta’ Borg huma Li Hang taċ-Ċina u l-plejer mill-Ukrajna Julian Boiko.

Il-logħbiet kollha ta’ dan il-grupp se jintlagħbu nhar it-Tnejn li ġej u jkunu fuq 4 frames. L-ewwel plejer ikklassifikat fil-grupp jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab bejn is-26 u t-30 t’Ottubru.

Borg ser jilgħab:-

13.00 vs Li Hang
17.00 vs Ronnie O’Sullivan
18.30 vs Julian Boiko

Ritratt: Pro-Snooker Malta

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com