Allegatament Il-Plejers Tan-Neptunes Mhux Kollha Għamlu t-Test… Illejla Se Jilagħbu Ma’ Sliema
Wara l-waqfien riċenti tal-istaġun tal-Waterpolo minħabba avvenimenti relatati ma’ Covid-19 li ħarġu fil-beraħ wara t-tieni logħba tas-semi-finali bejn Neptunes u Sliema ASC, Sliema ASC ħadu l-inizjattiva li jorganizzaw testijiet tal-Covid-19 kemm għall-plejers Slimiżi kif ukoll għall-plejers ta’ Neptunes WPC.
Ta’ min jgħid li dan sar bl-għajnuna tal-awtoritajiet tas-saħħa u bi qbil ma’ Neptunes WPC.
Sfortunatament jidher li wara dan li-sforz kif ukoll il-ftehim ma’ dawk kollha kkoncernati, l-klabb slimiż għadu kemm ġie infurmat liema informazzjoni mhux waħda uffiċjali, li mhux il-plejers kollha tat-team ta’ Neptunes għamlu t-test kif ukoll hemm il-possibbiltà li saħansitra ħadd mill-plejers ma mar jgħamel it-test.
Il-logħba Sliema kontra Neptunes hija skedata li tintlagħab illum fis-19.20pm.
Il-klabb Slimiż min-naħa tiegħu informa lill-ASA “Aquatic Sports Assosciation” b’dan l-iżvilupp u qed jistenna aktar struzzjonijiet.
Ritratt: www.sliema-asc.org.mt