Anzjan Ta’ 88 Sena Midrub Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fl-Imġarr

 Anzjan Ta’ 88 Sena Midrub Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fl-Imġarr

Anzjan ta’ 88 sena li joqgħod l-Imġarr, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.

Il-każ seħħ illum, għal xi nofsinhar neqsin kwart, meta il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq il-Ganfra.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li karozza Chevrolet, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 46 sena li toqgħod l-Imġarr, laqtet lill-vittma.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com