Anzjana Ta’ 89 Sena Tmut Waqt Li Kienet Pożittiva Bil-Covid-19

 Anzjana Ta’ 89 Sena Tmut Waqt Li Kienet Pożittiva Bil-Covid-19

Anzjana ta’ 89 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana ddaħlet l-isptar Mater Dei fit-23 ta’ Ottubru u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn mietet ilbieraħ filgħaxija.

L-anzjana kienet tbati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com