Aqra Kif Tista’ Ssalva Ħajja Ta’ Qattus Meta Jibda Jiksaħ It-Temp

 Aqra Kif Tista’ Ssalva Ħajja Ta’ Qattus Meta Jibda Jiksaħ It-Temp

Bosta sewwieqa ta’ karozzi ta’ kull sena jiġu mwissija dwar il-possibiltá li fil-magna tal-karozza jkollhom qattusa tistkenn għas-sħana tal-magna.

Dan hekk kif jibda jiksaħ l-ajru, l-istess qattus jibda jfittex post lil’hinn mill-bard u jaħseb li l-magna tal-karozza huwa l-post perfett. Biss, kif bosta persuni li jieħdu ħsieb il-qtates tat-triq spjegaw, jiġri li meta s-sewwieq isuq u ma jindunax bil-qattus, il-qattus jispiċċa jqum kif tinxtgħel il-karozza u l-istorja tispiċċa fatali.

Dan hekk kif bosta mill-każijiet, il-qattus jispiċċa jew imut ħdejn il-magna tal-karozza kawża ta’ sħana kbira, jew jispiċċa jittajjar hekk kif joħroġ minn taħt il-karozza waqt li l-karozza tkun għadha miexja.

Għalekk uħud minn dawk li jieħdu ħsieb il-qtates, spjegaw kif meta persuna tipparkja f’żona magħrufa sew għall-ammont ta’ qtates fiż-żona, jistgħu jew jittawlu taħt fil-magna bħala prekawzjoni, itaptpu mar-roti f’każ li xi qattus ikun qed jistaħba hemm u jtaptpu mal-bonnet biex jekk ikun hemm qattus joħroġ jew jinstema’ b’xi mod.

Spjegaw kif azzjoni ċkejkna bħal din jaf issalva ħajjet qattus jew issalvaw minn ġrieħi gravi li jistgħu jwasslu biex jitilfu xi sieq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com