Arrestat Wara Li Allegatament Hedded Lis-Sieħba u Lill-Ġenituri Tagħha Fuq Medda Ta’ Snin

 Arrestat Wara Li Allegatament Hedded Lis-Sieħba u Lill-Ġenituri Tagħha Fuq Medda Ta’ Snin

Raġel ta’ 29 sena mistenni jitressaq il-qorti b’arrest fil-ħin li ġej wara li allegatament hedded lis-sieħba tiegħu ta’ 27 sena u lill-ġenituri tagħha fuq medda ta’ snin. Huwa mistenni jiġi mixli wkoll li ssekwestraha.

Il-każ ġie investigat b’suċċess mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika li bdiet topera mill-1 ta’ Ottubru li għadda. Dan wara li l-allegata vittma għamlet rapport dwar biża’ ta’ vjolenza u fastidju.

Il-vittmi ġew akkumpanjati fid-Depot tal-Pulizija mill-uffiċjali tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, fejn hemmhekk ingħataw l-attenzjoni kollha f’kamra apposta, mgħammra bil-faċilitajiet kollha meħtieġa.

L-allegat agressur ġie arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli.

Ritratt: Maltese History & Heritage

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com