Att Vandalu Fis-Santwarju Tal-Madonna Tal-Ħlas…

Fuq facebook tiegħu, il-kunsillier Qormi Jerome Caruana Cilia kkundanna l-att vandalu li sar ilbieraħ filgħodu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas.
jidher li xi ħadd ħaraq il-bieb kif inhu evidenti fir-ritratt li tella’.
“Jeħtieġ aktar sigurtà, se nkun qed nitlob biex flimkien ma’ stakeholders oħrajn naraw li tissaħħaħ is-sigurtà fiż-żona”, kiteb Jerome filwaqt li talab lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddieha lill-Pulizija.
Ritratt: Facebook/ Jerome Caruana Cilia