“Baġit Soċjalment Sensittiv Iżda M’Għandux Strateġija Ambjentali Ċara” – Żminijiet
L-organizzazzjoni xellugija Żminijietna laqgħet b’sodisfazzjon id-diversi miżuri soċjali ntrodotti fil-baġit.
“Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-ambjent, il-baġit ma joffrix miżuri ċari ħafna”, żiedet Żminijietna.
Fi stqarrija, Żminijietna qalet li “ż-żieda fil-ġranet tal-leave, fil-benefiċċji biex tidħol taħdem, pensjonijiet, allowance għat-tfal, il-benefiċċji supplimentari u ta’ diżabilità, u l-estensjoni fl-iskema ta’ suppliment tal-paga huma kollha miżuri pożittivi”.
“Barra minn hekk, Żminijietna apprezzat il-politika soċjali u ambjentali tal-Gvern li jagħmel it-trasport pubbliku mingħajr ħlas, biż-żieda fin-numru ta’ nies eliġibbli għal dan”.
Minn perspettiva ambjentali oħra, innotat li l-Gvern mhux ċar biżżejjed fl-istrateġija tiegħu biex jimmaniġġja l-iskart b’mod effiċjenti, biex iżid iż-żoni ta’ afforestazzjoni, u biex jagħmel il-pajjiż aktar nadif u jimmaniġġja aħjar iż-żoni rurali.
Ritratt: Gozonews.com