“Bejn L-Aħħar Ta’ Diċembru u Jannar Se Jkollna L-Vaċċin F’Malta” – Il-Prim Ministru Robert Abela

 “Bejn L-Aħħar Ta’ Diċembru u Jannar Se Jkollna L-Vaċċin F’Malta” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Waqt li kien qed jiġi intervista fil-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa minn Mark Laurence Zammit, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-indikazzjonijiet huma li bejn l-aħħar ta’ Diċembru u Jannar pajjiżna se jkollu l-vaċċin għall-Covid-19 u li pajjiżna se jkun fost l-ewwel pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li se jkollu l-vaċċin.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem dwar l-imxiha tal-Covid-19 u anke l-aħħar miżuri li ħabbar  il-Gvern bil-għan li jnaqqas il-każijiet pożittivi fost suġġetti oħra.

Il-Prim Ministru sostna li mhux qed jeskludi li jiżdiedu l-miżuri jekk ikompli jiżdiedu l-każi pożittivi u fl-istess waqt mhux jeskludi li jnaqqas il-miżuri jekk jekk jonqsu l-każijiet pożittivi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com