Bernard Grech B’Vantaġġ Li Jkun L-Kap Il-Ġdid Tal-Partit Nazzjonalista
Fuq is-sit ta’ Net News inkiteb li “Ċifri mhux uffiċjali li għandu f’idejh Net News jindikaw li l-avukat Bernard Grech għandu vantaġġ fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.” Intqal li dawn huma projections li kiseb is-sit.
Il-votazzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista għalqet għall-ħabta tal-16.00 fejn imbagħad, madwar siegħa u nofs wara bdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti li ġew impoġġija wiċċhom l’isfel.
Jidher li aktar minn 3,220 tesserat tal-PN ma vvutawx f’ din l-elezzjoni.
It-total ta’ voti mitfgħuha f’din l-elezzjoni kien ta’ 18,362. B’kollox, kien hemm turnout ta’ 85%. Ċensu Galea qal li dan kien l-akbar numru ta’ persuni li ħadu sehem f’elezzjoni t’għażla ta’ kap.
Ritratt: Facebook/ Bernard Grech