Bernard Grech Fit-Tieni Żelqa Tiegħu: Ma Jafx Id-Differenza Bejn Immigrant U Migrant

 Bernard Grech Fit-Tieni Żelqa Tiegħu: Ma Jafx Id-Differenza Bejn Immigrant U Migrant

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jidher għadu ma jafx id-differenza bejn immigrant u migrant.

Fl-aħħar jiem Dr Grech tenna għal diversi drabi li pajjiżna mhux full-up u jista’ jiflaħ iżjed immigrazzjoni irregolari. Huwa żied jgħid li l-immigranti ġabhom il-Gvern Laburista biex jaħdmu.

Stradarjali.com stħarreġ din id-differenza fejn jirriżulta li immigrant hija persuna li tiġi f’pajjiżna biex tibqa’ hawn fuq bażi permanenti, ta’ spiss minħabba applikazzjoni għall-ażil. Fil-fatt immigrant irregolari huwa propju persuna li tagħmel dan il-proċess b’mod irregolari, jiġifieri billi jidħol fil-pajjiż mingħajr il-proċess meħtieġ.

Min-naħa l-oħra, esperti fil-qasam tal-migrazzjoni spjegaw li migrant jiġi f’pajjiżna b’mod temporanju, ta’ spiss fuq bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol.

Qalu li dik il-persuna trid turi li għandha dħul sodisfaċenti u għal żmien limitat abbażi tal-kuntratt tax-xogħol, li ħafna drabi jkun dak ta’ sena.

Żiedu jispjegaw li l-permess tax-xogħol ta’ dik il-persuna ma jagħtiha l-ebda dritt li tibqa’ f’pajjiżna b’mod permanenti, u kif ġara f’dawn l-aħħar xhur ħafna ddeċiedew li jmorru lura f’pajjiżhom malli l-permess tax-xogħol ma baqax aktar attiv.

Fost dawn ħaddiema bħal infirmiera, li pajjiżna tant għandu bżonn biex jkompli jagħti livell ta’ saħħa tajba.

Ritratt: Facebook/ Bernard Grech

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com