Bernard Grech Isejjaħ Għar-Riżenja Ta’ Silvio Parnis
![Bernard Grech Isejjaħ Għar-Riżenja Ta’ Silvio Parnis](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/10/bern-1-850x560.jpg)
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.
Dr Grech qal dan fuq il-profil tiegħu wara li lbieraħ ġiet rapportata mewt ta’ anzjana f’dar tal-anzjani.
Huwa qal li qed jinsisti li mill-aktar fis biex is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis jerfa’ r-responsabbiltà politika wara li qal li bdiet investigazzjoni b’insistenza tiegħu.
Huwa talab ukoll lill-Prim Ministru jispjega lill-familjari ta’ dawn il-vittmi u lill-poplu Malti dwar x’wassal għal din il-mewġa ta’ mwiet u x’passi ttieħdu biex din titwaqqaf.
Qal li l-poplu jeħtieġ serħan tal-moħħ u li nies mhumiex numri.
Ritratt: Facebook/ Bernard Grech