Bernard Grech Jispiċċa Fuq Google Street View

 Bernard Grech Jispiċċa Fuq Google Street View

Issa li l-avukat Bernard Grech qiegħed jassumi r-responsabilita ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppozizzjoni ċertament li l-personalita’ tiegħu kull ma jmur ser tkompli tgħaddi minn skurtinju sħiħ. Grech bħala persuna ġdida, għad irridu nsiru nafuh iktar mhux biss x’joffri fil-politika iżda ċertament l-interess ta’ bosta li nsiru nafuħ ukoll aktar mill-viċin fil-ħajja personali tiegħu.

Ħafna jkunu dawk li jkunu lesti sabiex jagħmlu skrutinju sħiħ online u illum bil-midja soċjali u kontijiet oħra online dan kważi għal xi uħud sar passatemp.

Segwaċi ta’ StradaRjali.com bgħatilna dan ir-ritratt li juri lil Bernard Grech fil-parapett tad-dar tiegħu, rilassat u b’ilbies ferm differenti mill-mod pulit li s’issa dejjem rajna lil Grech fid-dehriet pubbliċi tiegħu. Ir-ritratt ġie meħud lura għal 2017 meta l-karozza ‘Street View’ tal-Google kienet qedgħha ddur mat-toroq Maltin u Għawdxin.

Ir-ritratt jaf inissel tbissima għal xi uħud, pero miegħu iġib ukoll mistoqsija kemm pjattaformi bħal dawn jissalvagwardjaw il-privatezza tal-individwu. Fl-Ingilterra ftit tax-xhur ilhu għexieren ta’ ritratti fuq il-pjattaforma Google Street View tneħħew wara numru ta’ ilmenti li ġew reġistrati.

Google jgħidu li jużaw teknoloġija moderna avvanzata li tgħinhom jiddentifikaw il-wiċċ jew inkella informazzjoni personali oħra bħal pjanċi tal-karozzi sabiex dawn jiġu mgħottija b’mod awtomatiku. Madanakollu wieħed jista jagħmel talba uffiċja lil Google sabiex jitneħħa materjal li possibilment jaf ikun ta’ skomdu għall-individwu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com