“Bħal Ħafna Rrabjat Għall-Mewt… Il-Pulizija Niżlu U Ferrxu N-Nies” – Il-Ministru Byron Camilleri
“Bħal ħafna rrabjat għall-mewt b’dawk l-għexieren li dehru jinġabru l-bajja ta’ San Ġorg tard ilbieraħ filgħaxija”, tenna l-Ministru Byron Camilleri filwaqt li tenna li jinsab infurmat li l-pulizija niżlu u ferrxu n-nies fi ftit ħin.
Kompla jżid: “Fl-istess ħin lanqas irrid inħalli każ bħal dan ixekkel il-ħidma li qed issir minn diversi entitajiet responsabbli mill-infurzar” fejn semma wkoll li lbieraħ tkomplew isiru mijiet ta’ spezzjonijiet f’pajjiżna.
IL-ispezzjonijiet qed isiru fil-pjazez , fi ħwienet, fuq tal-linja, f’ristoranti u f’bosta postijiet oħra fejn qed jingħataw ċitazzjonjiet dwar regoli marbuta mal- Covid-19.
Temm jgħid li: “L-infurzar, li saħħaħnieh u se nkomplu nsaħħuh ifisser ukoll ħaddiema, missirijiet u ommijiet li wkoll għandhom familja d-dar. Ejja ngħinuhom billi nkunu responsabbli.”
Sta għalina li nobdu. Irriduh jgħaddi dan iż-żmien? Jew m’aħnhiex kapaċi nagħmlu sagrifiċċju u noqogħdu gallarija nistennew li ħaddieħor jagħmel għalina?
Ritratt: The Malta Police Force