Bil-Filmat: Bħal-Lum 45 Sena Ilu Seħħet Diżgrazzja Kbira F’Ħaż-Żabbar

 Bil-Filmat: Bħal-Lum 45 Sena Ilu Seħħet Diżgrazzja Kbira F’Ħaż-Żabbar
Kien l-14 ta’ Ottubru tal-1975 meta Ħaż-Żabbar inħasad b’dak li ġara.  Waqa’ l-ajruplan Vulcan. Traġedja li kienet darbet madwar 20 persuna meta l-biċċiet mill-ajruplan waqgħu fit-toroq.
Kienu nstabu wkoll diversi biċċiet mill-ajruplan f’bosta mkejjen fil-viċinanzi.

Iż-Żabbarin jgħarfu din id-diżgrazzja bi grazzja minħabba l-fatt li peress li l-ajruplan waqa’ qalb id-djar seta’ qatel bosta nies.

Fir-ritratti naraw xena tat-tiġrif fi Triq is-Santwarju u l-pellegrinaġġ li kien sar wara bħala ringrazzjament lill-Madonna.

Il-fdalijiet tal-ajruplan illum jinsabu fil-mużew tas-Santwarju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com