“Bħala Sindku Qgħadt Siekta, Smajt, Irriċerkajt U Ddiskutejt…” – Romilda B. Zarb Dwar Kummenti Fuq Il-Midja Soċjali

 “Bħala Sindku Qgħadt Siekta, Smajt, Irriċerkajt U Ddiskutejt…” – Romilda B. Zarb Dwar Kummenti Fuq Il-Midja Soċjali

Kienet ġimgħa ta’ kummenti ħorox li tpoġġew fuq il-midja soċjali dwar central strip li tpoġġiet u ħadet parti minn triq fil-Mosta.

Kienu bosta li kkummentaw kif sostnew kif kulħadd jagħmel li jrid u kkritikaw lill-Kunsill Lokali li ħalla dan kollu jiġri taħt imnieħru.

Iżda wara ftit jiem ta’ diskussjonijiet u riċerka jidher li dan ma kienx il-każ.

Fuq paġna ddedikata għal-lokalitá tal-Mosta, filwaqt li kien hemm min maqdar dan l-att, ta’ teħid ta’ parti minn triq, u oħrajn maqdru din il-viżjoni – membri mill-Kunsill Lokali tal-Mosta kienu pronti jirrispondu li qed jiċċekjaw fuq dak li seħħ.

Proprju ftit tal-jiem wara, is-Sindku tal-Mosta Romilda B. Zarb, kitbet dwar kif bħala Sindku hi baqgħet siekta, semgħet, irriċerkat u kif ukoll iddiskutiet dwar dak li ġara fi Triq Difiża Ċivili.

Spjegat kif l-applikazzjoni għal dak li sar ġiet approvata lura fl-2014 fejn din it-triq ġiet skemata.

Qalet kif prattikament tul dawn l-aħħar jiem din ġiet implimentata, dak li ġie deċiż permezz ta’ dan il-permess. Dan ifisser bini ta’ service road u kif ukoll central strip fejn ser jingħata bidu għar-riġenerazzjoni taż-żona fl-immaniġġjar tat-traffiku.

Kienu bosta li rringrazzjawha tal-ħidma tagħha u kif ta’ kull darba taħdem sabiex tara li r-residenti tal-lokal ikunu jafu x’qed jiġri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com