Bħalissa: “Ninsabu F’Mument Kritiku U Se Nerfgħu R-Responsabbiltà Flimkien B’Rispett” – Il-PM
F’Konferenza tal-aħbarijiet minn Kastilja wara li rritorna minn summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li nhar it-Tnejn li ġej, il-Gvern ser iħabbar miżuri importanti li jissalvaggwardjaw il-ħobża ta’ kuljum u biex ħadd ma jaqa’ lura, kif ukoll biex in-negozji jibqgħu b’saħħithom.
“Tgħallimna ħafna li s-saħħa hija prijortià imma l-ħajja trid tkompli…” tenna l-Prim Ministru filwaqt li aċċenna li biex nagħmlu dan irridu nkunu responsabbli.
“Ħadd għadu ma sab il-formula maġika li żżomm il-pandemija milli tinfirex”, kompla jgħid il-Prim Ministru fejn spjega kif imxejna mill-bidu tal-pandemija sa issa. “Għamilna kull pass b’galbu kbir u bil-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa… Grazzi Chris u Grazzi Charmaine…” , kompla l-Prim Ministru.
Tenna li qed jingħata dan l-aġġornament biex dejjem ikun hemm trasparenza kif dejjem kien hemm mill-bidu. Spjega li filwaqt li l-każi żdiedu, xorta s-sitwazzjoni hija taħt kontroll.
Hawnhekk il-Prim Ministru qal li “ser inkunu qed inwessgħu l-użu tal-maskla, l-iġene u d-distanza soċajli. Għax nifhmu li dan l-obbligu mhux dejjem jinżamm, se nżidu miżura oħra… il-pulizija u l-awtoritajiet l-oħra ser ikunu qed jieħdu rwol ċentrali u edukattiv u l-messaġġ li ser inwasslu ser ikunu ta’ dixxiplina u serjetà. Ir-regoli jrid iżomm magħhom kulħadd u jekk le, ser ikun hemm il-konsegwenza tal-multi. Se nżidu r-restrizzjon li l-bars u l-każini jgħalqu fil-11 ta’ filgħaxija.
“Hawn f’pajjiżna min irid isallab eluf ta’ persuni billi jitilfu x-xogħol tagħhom billi jkisser l-ekonomija ta’ pajjiżna permezz ta’ manuvri fini li jipparalizzaw pajjiż. ”
“Illum qed nitolbu li din ir-responsabbiltà nerfgħuha flimkien b rispett lejn xulxin; lejn uliedna, lejn dawk vulnerabbli u b sens ta’ dover.”
Ġiet diskussa l-kwistjoni tal-pandemija li qed tolqot lid-dinja kollha u n-numru tal-infezzjonijiet qed jiżdiedu.
Fost is-suġġetti diskussi fil-konferenza, issemmiet il-kwistjoni ta’ Brexit u anke l-immigrazzjoni mill-Afrika.
Il-Konferenza kienet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Profs. Charmaine Gauci u l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri.