Biex Tixtri McDonalds Daqshekk Tmur F’Nofs Ta’ Lejl

 Biex Tixtri McDonalds Daqshekk Tmur F’Nofs Ta’ Lejl

Mhux l-ewwel darba li tlesti tard mix-xogħol u jkollok il-ġuħ iżda ma jkollokx aptit issajjar fejn b’ħarba tgħaddi sal-McDonalds bil-karozza u mingħajr ma toħroġ mill-karozza tixtri x’tiekol.

Sfortunatament din mhux se tkun possibbli aktar, b’mod partikolari wara l-ħdax ta’ filgħaxija. Dan hekk kif il-McDonalds ħarġu avviż ġdid biex jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li kull ħanut tal-McDonalds madwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin, eskluż dak ta’ Ta’ Sliema, se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu fil-11:00pm.

Dan jinkludi wkoll il-McDrive li normalment ikun miftuħ għal 24 siegħa kuljum u li ħafna jużawh għal kumditá li tibqa’ fil-karozza u anke biex wieħed jitrejjaq f’nofs ta’ lejl.

F’messaġġ li ħarġu fuq Facebook, spjegaw kif bħala prekawzjoni kawża tal-Covid-19, ħadu din id-deċiżjoni biex isegwu r-regolazzjonijiet neċessarji li nħarġu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com