Bil-Filmat: Djun – Grupp Li Qed Fostna Mhux Biex Jirromantiċizza Jew Jigdeb…

 Bil-Filmat: Djun – Grupp Li Qed Fostna Mhux Biex Jirromantiċizza Jew Jigdeb…
Il-grupp pop alternattiv Djun jinsab fostna mhux biex jirromantiċizza jew jigdeb. Fil-fatt il-malinkonija u l-verità ħarxa huma l-karatteristiċi tal-ewwel album tagħhom Il-Ħlas li ħareġ is-sena l-oħra.
L-Isem Djun ħarġet bih il-mara tal-bassist Charles Cassar waqt li kienu fuq btala l-Ingilterra. Wara tant diskussjonijiet fuq isem għall-grupp, ħarġitlu b’dan l-isem minħabba li sikwit kien isemmi l-flejjes li kellu jħallas wara li ssellef somma mill-bank.
Il-Kanzunetta Ħdejk tal-grupp Djun irrekordjata b’mezzi limitatissimi bejn ix-Xgħajra, Ħ’Attard u Ruma. Fil-fatt fuq il-paġna ta’ facebook tagħhom hemm miktub hekk:  “Jekk ġejt ittagjat hawn, irrekordja u xxerja verżjoni tiegħek tal-chorus u ttaggja tlieta minn nies li timmisja, jew li taf li jistonaw u se jaqgħu għan-nejk. Ejja ħa nferrxu dawn il-good vibes daqs li kieku kienu xi virus indannat.”
Interessanti li fis-sezzjoni About fuq il-paġna ta’ facebook, mhux se ssib ħafna kliem ħlief: Kanzunetti divertenti dwar it-tmiem. L-essenza tinsab kollha fil-mużika tagħhom.

 

Ritratt: Justin u Charles minn Djun/ Storbju – Chris Vella

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com