Bil-Filmat: Fil-Verità Veru Li Tista’ Tara Lill-Madonna? Jew Huwa ‘Business’?
Waqt il-Programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa ppreżentat minn Mark Laurence Zammit ilbieraħ fuq TVM, tqajjem is-suġġett dwar id-dehriet tal-Madonna humhiex veri jew le. Il-preżentatur Mark Laurence staqsa lil Father Brendan għaliex bħal donnu dehriet antiki tal-Madonna bħal ta’ Lourdes u Fatima huma aċċettati iżda dawk tal-lum, “Il-Knisja ma temmnu l-ħadd intom!”
Fr. Brendan tenna li l-knisja dejjem titlaq mill-punt tax-xettiċiżmu tant li anke Bernardette u t-3 t’itfal f’Fatima, ħassewhom għaddejjin minn inkwiżizzjoni fi żmienhom.
Fr. Brendan sostna wkoll li ħadd mhu obbligat li jemmen fid-dehriet tal-Madonna, anqas ta’ Lourdes u Fatima avolja marru fihom il-Papier. “Għax il-Knisja ħa tgħidlek le… dawn mhu se jżidu xejn mar-rivelazzjoni, mhu se jżidu xejn mal-kelma t’Alla, dawn li jistgħu jgħinuna forsi biex inti tapplika dik il-kelma fil-ħajja tiegħek, imma mhu ħa jżidu xejn, il-kelma t’Alla diġa suffiċenti waħedha…”, saħaq Fr. Brendan.
Segwu l-intervista sħiħa f’dan il-filmat.
Ritratt: Shrines Of Europe