Bil-Filmat: Gabriel – It-Tfajjel Li Qed Jistenna 3 Operazzjonijiet U Li Għandu Kuraġġ Ta’ Sur

 Bil-Filmat: Gabriel – It-Tfajjel Li Qed Jistenna 3 Operazzjonijiet U Li Għandu Kuraġġ Ta’ Sur

Gabriel Abela żgur li diġà smajtu dwaru u nkitbu wkoll artikli dwar il-kundizzjoni tiegħu: is-Cerebral Palsy. Imma dan it-tfajjel ikompli jisraq il-qlub għall-karattru ferrieħi li għandu u iżjed minn hekk, għall-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu.

Tkellimna ma’ ommu Marcelle fejn qaltilna li bħalissa Gabriel qed jistenna 3 operazzjonijiet li minħabba l-Covid-19 kellhom jiġu posposti. Jinsabu standby ħalli malli jkollhom konferma li jistgħu jmorru, jitilqu minnufih minħabba li bħalissa Gabriel qed ibati u qed ikun muġugħ.

Marcelle sostniet li l-kwistjoni mhix il-kundizzjoni iżda l-attenzjoni li trid tagħti lil persuni b’dik il-kundizzjoni. Tħossha kuntent li hi u l-familja kollha dejjem tawh l-attenzjoni meħtieġa u qatt ma njorawh.

“Bnejnielu l-moral tiegħu u għallimnieh kif jiddefendi lilu nnifsu eżempju f’każ li jaqa’, ma jweġġax”, tenniet magħna Marcelle.

Bħalissa Gabriel reġa’ beda jittrenja ftit f’ċentru li jismu Walk this way fin-Naxxar. Dan huwa post ta’ għajnuna, taħriġ u riabilitazzjoni li jgħin lill-persuni kemm żgħar u anke adulti li għandhom kundizzjoni newro muskolari.

Marcelle u Mario għandhom 3 itfal b’kollox, tnejn minnhom kibru u jfendu waħedhom. Issa ddeċidiet li tibda kors ta’ baċċelerat fl-Università fil-Youth and Community Studies għaliex tħoss li trid tgħin liż-żgħażagħ biex jimxu ‘l quddiem fil-ħajja u jirnexxu.

Minn StradaRjali.com, ma hemm xejn xi nżidu ma’ li għedtilna ħlief li ngħidulek kuraġġ kemm inti, u l-familja sabiħa tiegħek. Nammirawk!

Ritratt: Facebook/ Marcelle Abela

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com