Bil-filmat: Il-Forzi Armati Ta’ Malta Fi Strada Rjali Jiċċelebraw Il-50 Anniversarju Tagħhom
Illum il-Forzi Armati ta’ Malta qed jiċċelebraw il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom. Għalhekk, dalgħodu kmieni sebbħu fi Strada Rjali, llum magħrufa bħala Triq ir-Repubblika biex għamlu l-parata uffiċjali biex ikun imfakkar dan il-jum.
Saret ukoll il-gwardja tal-unur mill-Eċċellenza tiegħu President ta’ Malta George Vella u wara kienet ikkonċelebrata quddies fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Mons. Charles Jude Scicluna.
Awguri lill-membri kollha tal-Armata.
Ritratt: Armed Forces of Malta (AFM)