Bil-Filmat: Il-President Jirrimarka Li Qegħdin Qrib Li Nitilfu L-Bilanċ Bejn Il-Progress U L-Wirt Naturali

 Bil-Filmat: Il-President Jirrimarka Li Qegħdin Qrib Li Nitilfu L-Bilanċ Bejn Il-Progress U L-Wirt Naturali

Il-President ta’ Malta George Vella llum appella lill-awtoritajiet, lill-iżviluppaturi, lill-industrija, u lill-akkademiċi sabiex jaħdmu flimkien fl-interess tal-wirt naturali ta’ pajjiżna, filwaqt li ħeġġeġ lill-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent (l-ERA) biex tkun aktar viġilanti u tipproteġi aħjar il-wirt ambjentali li fadlilna. Saħaq fuq il-bżonn li jintlaħaq bilanċ bejn is-suċċess ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli, u li nirrealizzaw li l-“progress” fl-ambjent urban m’għandux ikun il-kaġun tat-tħassir ta’ dak naturali.

Irrimarka li qegħdin qrib ħafna li dan il-bilanċ nipperikolawh, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.

Il-President qal dan waqt ċerimonja annwali tal-għoti tal-Premju Buonamico, li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Dan hu premju li kien introdott is-sena li għaddiet mill-ERA sabiex jingħata rikonoxximent lil individwi li jagħtu kontribut għall-ħarsien tal-wirt naturali tal-gżejjer Maltin.

Ritratt: OPR

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com