Bil-Filmat: Iż-Żgħira Tal-Familja Abela Tferraħ Lil Ommha B’Kejk Li Għamlet Hi Stess

 Bil-Filmat: Iż-Żgħira Tal-Familja Abela Tferraħ Lil Ommha B’Kejk Li Għamlet Hi Stess
Ġibdilna l-attenzjoni dan il-filmat ħelu fejn naraw lil Giorgia Mae, bint il-Prim Ministru tipprepara kejk lil ommha ta’ għeluq sninha.
Giorgia Mae spiss tisraq ix-xena bl-enerġija u l-ħlewwa tagħha. Lydia Abela rringrazzjat lil dawk kollha li bagħatulha l-isbaħ xewqat b’modi differenti.
“L-imħabba u l-ħlewwa tagħkom timlini b’kuraġġ u b’enerġija biex inkompli nkun viċin tagħkom”, tenniet mart il-Prim Ministru.
“Grazzi lill-familja kollha tiegħi u grazzi speċjali tmur għal Robert u liż-żgħira tagħna li xtaqet tferraħni b’kejk li għamlet hi stess”, temmet tgħid Lydia Abela.
Minn StradaRjali.com, nawguraw l-isbaħ xewqat lil mart il-Prim Ministru, Lydia Abela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com