Bil-Filmat: Jekk Ser Tgħaddi Minn Quddiem Bus Stop … ATTENT!

 Bil-Filmat: Jekk Ser Tgħaddi Minn Quddiem Bus Stop … ATTENT!

https://www.facebook.com/streetmediamalta/videos/3633442706708451

Jumejn oħra Halloween u Halloween mingħajr daqsxejn ta’ biża’ u qtajja mhu xejn. U din is-sena ħafna nies diġa ħadu qatgħa liema bħala!

Madwar Malta wieħed jista’ jinnota diversi bus-stops modernizzati bi screens moderni, preċiżament fuq 9 bus-stops ewlenin madwar madwar Malta u Għawdex, u l-kumpanija responsabbli minn dawn il-bus-stops moderni, streetmedia, ddeċidiet li tagħmel xi ħaġa mhux tas-soltu biex tibda ddaħħal in-nies fl-atmosfera tal-Halloween.

Filfatt il-kumpanija ddeċidiet li toħloq filmat li jdaħħlek fl-atmosfera ta’ Halloween u bdiet turih fuq l-iscreens tal-bus-stops. Naturalment tard filgħaxija kif in-nies bdew imorru fuq l-istejġ sabu ma wiċċhom dan il-filmat u ħadu qatgħa, imma mhux hekk biss, f’daqqa u l-ħin in-nies sabu ma wiċċhom l-istess persuna li kien hemm fuq l-iscreens moderni b’mod reali, u naturalment ir-reazzjonijiet tan-nies kienu differenti, waħda mara saħansitra rreaġixxiet xi ftit vjolenti u oħra saħansitra waddbet il-mobile u mnalla kienu streetmedia li offrewlha wieħed ġdid.

Naturalment il-kompliċi ta’ streetmedia mill-ewwel qaltilhom li din kienet candid-camera organizzata minn streetmedia u l-vittmi ngħataw ukoll rigal.

Li żgur hu li dawn il-bus-stops il-ġodda b’investiment privat ta’ €3.5M qed joffru esperjenza ġdida u sabiħa, esperjenza moderna fejn issa huma mgħammra wkoll b’Wi-Fi, b’ATM u magni fejn wieħed jista’ jixtri ikel u xorb.

Dawk interessati jistgħu jirreklamaw il-prodott, servizz jew attivita’ tagħhom fuq dawn l-iscreen moderni li hemm fid-9 bus-stop madwar Malta u Għawdex u li joffru esperjenza sabiħa fuq livell internazzjonali. Wieħed jista’ joħloq ideat moderni u jwassal il-messaġġ tiegħu ferm aħjar lil dawk li jkunu fuq il-bus-stops u anke dawk li jkunu għaddejin minn ħdejhom.

Jekk int parti minn kumpanija tar-reklamar jew kumpanija li qed tippjana xi kampanja ta’ reklamar, żgur li għandek iżżomm f’moħħok din l-esperjenza ġdida li toffri riżultati mill-aqwa minħabba l-interattivita’ li toffri.

Għal dawk interessati, streetmedia qed toffri skont ta’ 50% fuq ir-reklamar lill-kumpanija li toħroġ b’idea oriġinali ta’ reklamar fuq dawn l-iscreens kbar 4K.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com