Bil-Filmat: L-Aħħar Evidenza Tal-Covid-19 U T-Tfal… L-Aktar Sintomi Komuni Huma D-Deni u S-Sogħla
Fuq il-paġna Maltese Paediatric Associastion, grupp ta’ tobba tellgħu filmat bi spjegazzjoni għal mistoqsijiet li bosta ġenituri ppreħentaw.
Waħda mit-tobba saħqet li filwatq li jista’ jkun hemm tfal bla sintomi, hemm oħrajn li jkollhom sintomi komuni u evidenti bħal deni u sogħla, imnieħer miżdud jew iqattar, għejja, ugigħ fil-muskoli, uġigħ ta’ żaqq, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs, remettar u dijarea.
Aħbar li hija xi ftit jew wisq pożittiva, huwa l-fatt li mill-informazzjoni li kellhom it-tobba sa issa, il-Covid-19 ma kellhiex l-istess impatt kbir li kellhom nies ta’ età akbar speċjalment l-anzjani…
Ara l-filmat kollu ħalli żżomm ruħek aġġornat…
Ritratt: Thailand Medical news