Bil-Filmat: Ocar Debono Kien Maħbub Ferm… Tingħatalu L-Aħħar Tislima U Jgeżwrulu T-Tebut Bil-Bandiera Tas-Soċjetà
Ocar Debono jidher li kien maħbub ferm. Mill-ammont ta’ kummenti u posts fuq facebook li ttellgħu, jidher kemm dan ir-raġel kien irrispettat u maħbub minn kulħadd. Ta sehemu fil-lokal li ħabba; Birkirkara u dejjem xerred imħabba lejn il-proxxmu tiegħu.
Walter Muscat kiteb li meta kien żgħir, kien jgħid lil missieru biex iressqu lejn il-każin. Kien qed jirreferi għas-sede ta’ Sant’ Antnin f’Birkirkara.
“Kien jifraħ biha u konna naħdmu bis-sħiħ għall-każin flimkien. Tellajna diversi proġetti flimkien u kien jieħu pjaċir tant li saħansitra jbusni. Kien kburi jarani Segretarju tal-każin”, stqarr Walter fuq facebook.
Ocar ħalla din id-dinja lbieraħ 26 t’Ottubru fl-eta ta’ 70 sena. Fil-funeral tiegħu, il-membri tas-soċjetà mużikali ta’ San Antnin, inġabru quddiem il-każin u sellmulu permezz ta’ ċapċipa u geżwrulu t-tebut fil-bandiera tas-soċjetà li tant kien jaħdem għaliha.
Minn StradaRjali.com, inwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.
Ritratt: Kaylocke Buhagiar