Bil-Filmat: “Qattajt Żewġ Flokkijiet Ta’ Taħt Billejl Bil-Ħruq Li kelli… Uġigħ Tal-Biża’ ” – Victor Scerri

 Bil-Filmat: “Qattajt Żewġ Flokkijiet Ta’ Taħt Billejl Bil-Ħruq Li kelli… Uġigħ Tal-Biża’ ” – Victor Scerri

Sena ilu bata minn uġigħ inspjegabbli… Victor Scerri qasam l-esperjenza tiegħu magħna dwar dak li huwa magħruf bħala l-Ħruq ta’ Sant’ Antnin (Shingles) li kellu sena ilu.

Staqsejnieh jekk qabdux għallarrieda. “Kont għamilt jumejn steward f’ wirja tal-għasafar u l-għada bdejt inħoss bħal ħruq f’ dahari u kont ħsibt li kienet għejja. Imbagħad wara jumejn bdew ħerġin il-fosos żgħar ħomor”, tenna Victor.
Meta staqsejnieh ukoll jekk kellux riperkussjonijiet, Victor qalilna li dam iħossu madwar 6 xhur u issa wara sena kultant iħoss naqra tingiż. “Meta kien fl-aqwa tiegħu għamilt 12 -il ġurnata ma nistax nimtedd u kont noqgħod ftit li xejn bilqiegħda”.
Il-ħruq ta’ Sant’ Antnin huwa infezzjoni li joħloq raxx madwar il-ġisem kollu. Għalkemm jista’ jaffettaw u jidher fi kwalunkwè parti, ġeneralment jinħoloq fi strixxa waħda li tkun mimlija bżieżaq madwar iż-żaqq u l-qadd. Dan hu kkawżat minn dak li xjentifikament jissejjaħ varicella-zoster virus, l-istess virus li jikkawża l-ġidri.

Tajjeb li meta tħoss ħruq stramb u mhux tas-soltu, tkellem lit-tabib tiegħek għall-kura professjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com