Bil-Filmat: Robert Cutajar Jesprimi Sodisfazzjoni Li L-Proposta Tal-‘Forest Rangers’ Fil-Mellieħa Se Tkun Introdotta

 Bil-Filmat: Robert Cutajar Jesprimi Sodisfazzjoni Li L-Proposta Tal-‘Forest Rangers’ Fil-Mellieħa Se Tkun Introdotta

Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar kien ippropona l-forest rangers u anke cctv fl-imsaġar tas-sit Natura 2000 lura f’Mejju ta’ din is-sena u kien staqsa wkoll fil-parlament jekk, kif il-Gvern ħa l-proposta tal-Oppożizzjoni dwar il-Community Policing, kienx se jagħmel l-istess fir-rigward tal-proposta tar-rangers u s-cctv.

Intant, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, Żgħażagħ, Ġlieda kontra l-Obeżità u l-NGO’s Robert Cutajar tenna li sa fl-aħħar, ir-rangers ser ikunu introdotti biex iħarsu l-imsaġar tal-Mellieħa.

Din kienet issemmiet minnu l-ewwel darba lura fl-2018 fil-proposti rigward il-liġi tal-Kunsilli Lokali.

Tenna li jħossu sodisfatt li dan wara li qajjem diversi drabi, dan il-punt fil-Parlament.

Ritratt: Facebook/ Robert Cutajar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com