Bil-Filmat: Stħarriġ – 85.5% Iwieġbu Li Rridu Nitgħallmu Ngħixu Bil-Covid-19 Li Jsir In-Normalità L-Ġdida
L-Istatistiku u Riċerkatur Vincent Marmara ftit ilu kien staqsa lill-pubbliku biex itieħ l-opinjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. Hu qal li rċieva mijiet ta’ messaġġi u qrahom kollha. Fl-istess waqt għamel stħarriġ xjentifiku fost il-poplu u ppreżentah pubblikament…
Il-mistoqsija prinċipali kienet: Jekk il-Covid-19 ser tibqa’ magħna għal xhur sħaħ, u jekk vaċċin ġdid ma jkunx tajjeb biżżejjed biex persuna tkun kompletament protetta mill-Covid-19, x’taħseb li għandu jagħmel il-Gvern?
- 85.5% wieġbu li rridu nitgħallmu ngħixu bil-Covid-19 u dan isir in-normalità l-ġdida imma b’restrizzjonijiet li mhux lockdown.
- 10.8% wieġbu li rridu nitgħallmu ngħixu bil-Covid-19 u dan isir in-normalità l-ġdida mingħajr ma l-gvern jagħmel restrizzjonijiet fuq il-poplu.
- Filwaqt li 3.6% wieġbu li l-Gvern għandu jżomm il-poplu maqful f’daru għal żmien twil.
Madanakollu, meta marmara staqsa: “X’restrizzjonijiet taħseb li għandu jagħmel il-Gvern minħabba l-Covid-19 biex inti tgħix komdu? Ara kif wieġbu n-nies…