Bil-Filmat: Waterpolo: Valletta Champions Tal-Kampjonat Tal-Ewwel Diviżjoni

 Bil-Filmat: Waterpolo: Valletta Champions Tal-Kampjonat Tal-Ewwel Diviżjoni

It-team Belti tal-waterpolo ilbieraħ ġie ddikjarat champion tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni hekk kif rebaħ it-tieni logħba minn 3 li kienu skedati kontra Marsaskala.

Valletta fil-bidu tal-istaġun fallew milli jagħmluha mal-aqwa 6 biex b’hekk kien evidenti li ser ikunu l-aqwa skwadra fil-kategorija tagħhom, liema distakk deher mal-ewwel logħba tal-kampjonat. Dan wassal għal rebħ ta’ kampjonat ieħor hekk kif għelbu lil Marsaskala 12-5.

Għal Valletta, l-aqwa skorer kien Keith Galea li sab ix-xibka 3 darbiet.

Is-sessjonijiet spiċċaw hekk:

L-ewwel sessjoni: Valletta 4 – Marsaskala 1
It-tieni sessjoni: Valletta 3 – Marsaskala 0
It-tielet sessjoni: Valletta 4 – Marsaskala 2
Ir-raba’ sessjoni: Valletta 1 – Marsaskala 2

Fi tmiem il-partita ġew ippreżentati il-midalji lill-players kif ukoll it-trofew lill-Captian ta’ Valletta Ryan Sciortino fil-preżenza tal-presidenti tat-tim Belti Victor Spiteri.

Filmati/ Ritratti: Stradarijali.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com