Bir-Ritratti: In-Normalitá L-Ġdida Ssikket Lil Paceville

Għal snin twal, Paceville kien magħruf ma’ bosta żgħażagħ bħala dik iż-żona fejn filgħaxija kienu jmorru għal xi xarba jew jiltaqgħu ma’ sħabhom għall-ħarġa ta’ filgħaxija, filwaqt li ma’ oħrajn kien magħruf bħala dak il-post storbjuż u mimli daqs bajda.
Iżda din in-normalitá l-ġdida bil-miżura li tordna ħwienet tal-ikel, barijiet u kif ukoll każini jagħlqu l-bibien tagħhom fil-11:00 ta’ filgħaxija, sikktet lil Paceville.
Fejn filwaqt li fil-11:00 ta’ filgħaxija din iż-żona kienet tkun għadha qed tirranka, ilbieraħ filgħaxija kien għalqet għajnejha u raqdet biex kif għandu jkun, timxi mal-miżuri l-ġodda li jħarsu l-interessi tal-poplu kollu.