Ċempillu Jibki Li Jixtieq Għadu L-Ħabs… Kien Qed Jiekol Ikel Ta’ 5 Snin Ilu
Għawdxi ta’ 51 sena li ħareġ mill-ħabs tkellem ma’ Ivan Gaffiero tant li fih sab ħabib. Darba minnhom ċempillu fuq il-programm tiegħu ‘Problemi tal-Qalb’ u qallu li jixtieq li għadu l-ħabs għaliex jinsab waħdu u saħansitra ma kellux x’jiekol tant li kien qed jiekol ikel tal-bottijiet ta’ 5 snin ilu.
Meta sema’ hekk, Ivan ċempel lill-Appoġġ t’Għawdex ħalli jara kif jista’ jgħinu.
Il-persuna għandu wkoll problemi ta’ saħħa mentali.
Ivan tenna magħna li għall-bidu kważi qas ried jemmen sakemm darba minnhom tela’ sa ħdejh Għawdex u ħadlu xirja li għenuh ukoll il-pubbliku biex ituh ftit affarijiet denji.
Illum, l-istess persuna bagħatlu kejk fl-istazzjon ONE Biex jirringrazzjah ta’ kemm għamel miegħu. X’ġest sabiħ!
Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero