Chanel Monseigneur Tikklassifika Fl-Ewwel Post Fil-Malta Junior Eurovision Song Contest

 Chanel Monseigneur Tikklassifika Fl-Ewwel Post Fil-Malta Junior Eurovision Song Contest
Chanel Monseigneur ikklassifikat fl-ewwel post fil-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020 bil-kanzunetta Chasing Sunsets.
Dan ifisser li ser tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fid-29 ta’ Novembru li ġej f’Varsavja fil-Polonja. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-parteċipanti se jkunu qed qed jieħdu sehem billi jipparteċipaw minn pajjiżhom stess.
Fit-tieni post ikklassifikat Leah Mifsud bil-kanzunetta Anwyhere u fit-tielet post ġie Mychael Bartolo Chirchop bil-kanzunetta The Child From Inside.

Nawguraw lir-rebbieħa kollha speċjalment lil Chanel Monseigneur li tiġi bint il-kollega; parti mit-tim ta’ stradarjali.com Antvin Monseigneur.

Ritratt: Chanel Monseigneur

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com