Co-Option Biex Jimtela’ S-Siġġu Ta’ Joseph Muscat… Min Se Jidħol Fil-Parlament?

 Co-Option Biex Jimtela’ S-Siġġu Ta’ Joseph Muscat… Min Se Jidħol Fil-Parlament?

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li sakemm ġew biex ingħalqu n-nominazzjonijiet biex jimtela’ s-siġġu parlamentari tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, ebda kandidat fuq it-tieni distrett ma tefa’ n-nomina tiegħu.

Għal dan is-siġġu setgħu kkontestaw l-ex deputat Laburista Stefan Buontempo u l-kandidat Mark Causon li tnejn li huma ktibu fuq il-profili tagħhom ta’ Facebook li ma kinux se jikkontestaw l-elezzjoni każwali.

Dan ifisser li l-għażla tad-deputat issa taqa’ f’idejn il-Partit Laburista b’bosta diġà bdew jispekulaw dwar min jista’ jew tista’ tkun il-persuna li tokkupa is-siġġu mbattal minn Muscat li rriżenja bħal-lum ġimgħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com