Covid-19: Ifeġġu 107 Każ Ġdid, Ifiqu 85

 Covid-19: Ifeġġu 107 Każ Ġdid, Ifiqu 85

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 107 każ ġdid ta’ Covid-19 minn 2,919 test swabs li saru.

Fl-istess waqt fiequ 85 persuna mill-virus, bit-total ta’ persuni mfejqa jitla’ għal 3,715.

It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,915, filwaqt li t-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’Malta huwa ta’ 5,685.

Intant illum tħabbru l-mewt ta’ żewġ anzjani li kienu pożittivi għall-Covid-19. Fosthom anzjan ta’ 70 sena, u anzjana ta’ 88 sena. Iż-żewġ anzjani kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com