Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 67 Sena

 Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 67 Sena

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 67 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-28 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com