Covid-19: Tmut Anzjana Ta’ 80 Sena

 Covid-19: Tmut Anzjana Ta’ 80 Sena

Anzjana ta’ 80 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

L-anzjana hija it-62 vittma ta’ din il-pandemija f’Malta.

L-anzjana ddaħħlet l-isptar Mater Dei fid-9 ta’ Ottubru fejn ittestjat pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru.

Hi bbaqgħet miżmuma l-isptar fejn tilfet ħajjitha proprju l-lejl li għadda.

S’issa m’hemm ebda ħjiel jekk kinitx qed issofri minn kundizzjonijiet ulterjuri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com