Dan It-Tifel Ta’ 15-Il Sena Mistenni Jiġi Bbeatifikat Mill-Papa

 Dan It-Tifel Ta’ 15-Il Sena Mistenni Jiġi Bbeatifikat Mill-Papa

Carlo Acutis, huwa żagħżugħ Taljan li ta’ 15-il sena li miet bil-lewkimja, u li kien magħruf sew għall-imħabba tiegħu għat-tekonoloġija u l-Ewkaristija.

Hekk kif jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod milli jiġi bbeatifikat mill-Papa, il-qabar ta’ Carlo bħalissa jinsab fuq esebizzjoni għal min jixtieq iżuru qabel din l-okkażjoni.

Wieħed se jkun jista’ jżuru sas-17 ta’ Ottubru, proprju fil-jum ta’ ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Acutis f’Assisi.

Kawża tal-marda li kellu, Acutis miet fl-2006 fl-etá ta’ 15-il sena, fejn dak iż-żmien il-ġenituri tiegħu xtaqu jagħtu l-organi tiegħu bħala donazzjoni iżda ma setgħux kawża tal-lewkimja.

Fis-sena ta’ qabel miet, iż-żagħżugħ Taljan kien qed jirriċerka l-mirakli tal-Ewkaristija, u bil-ħiliet li kellu ddeċieda li joħloq sit onlajn fejn beda jaqsam l-informazzjoni li jiġbor fuqu ma’ ħaddieħor.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com