Darba Minnhom Ħadha F’Għalqa Viċin Id-Dar Tagħha U Stupraha

 Darba Minnhom Ħadha F’Għalqa Viċin Id-Dar Tagħha U Stupraha

Xufier ta’ vann illum intbagħat 12-il sena ħabs wara li stupra lil tifla ta’ 8 snin bosta drabi. Il-każ ġara f’pajjiżna u jmur lura għas-sena 2006 meta x-xufier dak iż-żmien kellu 33 sena.

Fil-qorti ntqal li saħansitra kien iweġġagħha fiżikament u jġiegħelha tigdeb lil ommha li kellha inċidenti fl-iskola minflok.

Soru tal-iskola fejn kienet tmur it-tifla, darba nnutat lix-xufier jilgħab ma’ xagħar it-tifla. tenniet lis-soru li ma tridx tmur iżjed bil-vann iżda ma qaltilhiex bl-abbuż li kien għaddej.

Aktar tard, fetħet qalbha mat-terapista tagħha li talbet biex issir inkjesta maġisterjali.

Kemm aħna konxji tal-abbuż sesswali f’pajjiżna? Qed nagħmlu biżżejjed bħala nazzjon biex ngħinu lill-vittmi? hawn għarfien biżżejjed jew din saret clichè?

Ritratt: Daily Mirror

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com