Edwina Licari Tirriżenja Minn Membru Tal-FIAU – Joe Cuschieri Sospiż Mill-MFSA

 Edwina Licari Tirriżenja Minn Membru Tal-FIAU – Joe Cuschieri Sospiż Mill-MFSA

L-Avukat Edwina Licara rriżenjat minn membru tal-Aġenzija Kontra l-Ħasil tal-Flus l-FIAU.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji qal li lbieraħ il-Ministru Edward Scicluna l-bieraħ kkuntattja lil Dr Licari biex jiddiskuti l-pożizzjoni tagħha bħala Membru tal-Bord tal-FIAU. Qal li dalgħodu l-Ministru Scicluna rċieva ittra ta’riżenja mingħand Dr Licari, li din ġiet aċċetta b’effett immedjat.

Il-Ministru Scicluna rringrazzja lil Dr Licari għas-servizzi tagħha lill-istituzzjoni.

Dr Licari rriżenjat minn dan l-inkarigu wara li fl-aħħar sigħat sar magħruf li fl-2018, hija kienet siefret ma’ Yorgen Fenech f’Las Vegas. Dan qabel ma sar magħruf li huwa kien is-sid tal-kumpanija 17 black u l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Intant fl-aħħar sigħat sar magħruf ukoll li Joe Cuschieri ssospenda lilu nnifsu wkoll minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA. Dan wara li huwa wkoll kien fuq din il-ġita flimkien ma’ Fenech. Huwa se jibqa’ sospiż sakemm il-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta ma’ dan il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com