“Ejja Nkomplu Nxerrduh… Xejn Xejn Neħilsu Minn Qatta’ Xjuħ” – Bosta Xxokkjati B’Dan Il-Kumment
Kumment partikolari fuq il-pjattaforma Facebook ma niżilx tajjeb ma’ bosta Maltin wara li l-istess persuna kitbet “Tajjeb. Ejja nkomplu nxerrduh ħalli mqar ikollna nofs il-popolazzjoni. Xejn xejn neħilsu minn qatta’ xjuħ u nies bla saħħa. Come on we can do this.
Persuna li rat l-kumment għażlet li tneħħi ismu u xxerred il-kumment mal-pubbliku hekk kif ma setgħetx temmen li nies bħal dawn jeżistu, li jixtiequ d-deni fuq ħaddieħor speċjalment meta dik il-persuna setgħet kienet ommu jew missieru jew xi qarib li forsi diġá jinsab batut.
Kienu bosta li kkummentaw taħt il-kumment u qalu kif trid tkun persuna bla qalb u ħadra li tixtieq xi ħaġa bħal din, hekk kif dan il-virus diġá ħa ħafna mingħand l-anzjani, b’mod partikolari l-kumpanija ta’ qrabathom u li għal perjodu twil ma setgħux jaraw lill-familthom hekk kif sfaw maqfulin fi djarhom biex iħarsu s-saħħa tagħhom.
Oħrajn tennew kif din m’hi xejn ħlief ħdura u għandha titqies bħala “hate speech”, hekk kif iddiżgustaw ruħhom b’dak li raw b’għajnejhom.
Bosta minnhom qalu lill-persuna li qasam il-kumment magħhom li minkejja li jifhmu li kien prudenti u għatta isem din il-persuna, ma kienx ħaqqu li jiġi moħbi hekk kif la qalha fil-pubbliku mingħajr ebda mistħijja għandu juri wiċċu.